Digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas‑17 ta’ Ottubru 2022 – Swords vs Il‑Kummissjoni u ECDC
(Kawża T‑55/22)
“Rikors għal annullament – Saħħa pubblika – Miżuri introdotti fl-Unjoni għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-imxija tal-pandemija tal-COVID-19 – Rapporti ta’ evalwazzjoni tar-riskji mfassla miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) – Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati – Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea u approċċ ikkoordinat ippubblikati abbażi tar-rapporti ta’ evalwazzjoni tar-riskji mfassla mill-ECDC – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Inammissibbiltà”
|
1. |
Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Atti preparatorji – Esklużjoni – Rapporti ta’ evalwazzjoni tar-riskji mfassla miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID‑19 – Atti preparatorji – Inammissibbiltà (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 14, 15, 18 sa 24) |
|
2. |
Eċċezzjoni ta’ illegalità – Portata – Atti li l-illegalità tagħhom tista’ tiġi eċċepita – Att ta’ natura ġenerali li fuqu hija bbażata d-deċiżjoni kkontestata – Neċessità ta’ rabta ġuridika bejn l-att ikkontestat u l-att ġenerali kkontestat – Eċċezzjoni ta’ illegalità indirizzata kontra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-COVID‑19 u kontra l-approċċ ikkoordinat ippubblikati abbażi tar-rapporti ta’ evalwazzjoni tar-riskji mfassla miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) – Dokumenti adottati sussegwentement għall-atti kkontestati, li ma servewx bħala bażi legali għal dawn tal-aħħar – Inammissibbiltà (Artikolu 277 TFUE) (ara l-punti 27 sa 29) |
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
|
2) |
Patrick Swords huwa kkundannat għall-ispejjeż. |