20.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/64 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2022 – TZ vs Il-Kunsill
(Kawża T-803/22)
(2023/C 63/81)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: TZ (rappreżentant: J. Janssen, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara ammissibbli u tilqa’ l-motivi għal annullament imressqa f’dan ir-rikors; |
— |
tannulla l-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1854 tas-6 ta’ Ottubru 2022 dwar intervent ta’ emerġenza biex jiġu indirizzati l-prezzijiet għoljin tal-enerġija (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament ikkontestat”); |
— |
alternattivament, tannulla l-Artikolu 15 tar-Regolament ikkontestat sa fejn dan jippermetti l-ġbir retroattiv ta’ kontribuzzjoni ta’ solidarjetà għas-sena 2022; u |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-Regolament ikkontestat ġie adottat b’mod żbaljat abbażi tal-Artikolu 122(1) TFUE u kellu jiġi adottat mill-Kunsill, li jaġixxi unanimament wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u konformament ma proċedura leġiżlattiva speċjali, peress li r-Regolament ikkontestat jinkludi miżuri fiskali. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-Regolament ikkontestat jikkostitwixxi ksur tad-dritt għall-proprjetà kif sanċit fl-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll tal-KEDB u fl-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll tal-prinċipji tal-Unjoni ta’ legalità u ta’ ċertezza legali, sa fejn ir-Regolament ikkontestat jippermetti applikazzjoni retroattiva. |