6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/26


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2022 – Desimo vs EUIPO – Red Bull (EL TORO ROJO)

(Kawża T-778/22)

(2023/C 45/34)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Desimo Lda (Lisbona, il-Portugal) (rappreżentant: S. Estima Martins, J. Mioludo u D. Simões, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Red Bull GmbH (Fuschl am See, L-Awstrija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea EL TORO ROJO – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 026 515

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Settembru 2022 fil-Każ R 326/2022-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad b’mod sħiħ il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B003089768;

tippermetti r-reġistrazzjoni tat-trade mark inkwistjoni għall-prodotti u servizzi kollha indikati;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.