27.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 71/33 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2022 – Penguin Random House vs EUIPO – Ediciones Literarias Independientes (PLAN B)
(Kawża T-777/22)
(2023/C 71/44)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Penguin Random House Grupo Editorial, SAU (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ediciones Literarias Independientes, SL (Barcelona)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva PLAN B – Trade mark tal-Unjoni Nru 17 887 136
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Settembru 2022 fil-Każ R 2015/2021-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
sussidjarjament tannulla d-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-prodotti fil-klassijiet 9 u 16 mhux koperti mit-trade mark Spanjola PLAN B (imħallta) Nru 3 641 418 u li huma koperti mit-trade mark tal-Unjoni Ewropea kkontestata. |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |