23.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/82 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2022 – Nieß vs EUIPO – Terrasoverkapping-inkoop.nl (GARTENLÜX)
(Kawża T-754/22)
(2023/C 24/109)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Andrea Nieß (Kempen, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Erlenhardt, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Terrasoverkapping-inkoop.nl BV (Venlo, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GARTENLÜX – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 347 602
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Settembru 2022 fil-Każ R 607/2022-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tad-9 ta’ Frar 2022; |
— |
tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motivi invokati
— |
Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill flimkien mal-Artikolu 27 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1430; |
— |
Ksur tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |