23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/77


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2022 – DGNB vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ linja bajda mgħawwġa fi kwadru skur)

(Kawża T-745/22)

(2023/C 24/103)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Deutsche Gesellschaft für Nachhaltiges Bauen – DGNB eV (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Kohl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ linja bajda mgħawwġa fi kwadru skur) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 510 732

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Settembru 2022 fil-Każ R 338/2022-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri inklużi dawk quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.