30.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/69


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2022 – Newco vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-717/22)

(2023/C 35/90)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Newco Corporate Services, SA (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: A. Ferreira Correia u R. da Palma Borges, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III (notifikata bid-dokument C(2020) 8550) (ĠU 2022, L 217, p. 49), ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi li, essenzjalment, huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-702/22, TA vs Il-Kummissjoni.