9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/45


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2022 – CMT vs EUIPO – Camomilla (CAMOMILLA italia)

(Kawża T-694/22)

(2023/C 7/55)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: CMT Compagnia manifatture tessili Srl (CMT Srl) (Napoli, l-Italja) (rappreżentanti: P. Marzano, G. Rubino u F. Cordova, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Camomilla Srl (Assago, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CAMOMILLA italia –Trade mark tal-Unjoni Nru 9 287 038

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ R 1738/2021-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

b’riferiment għal prodotti tal-Klassi 25: tirrikonoxxi l-limitazzjoni tat-trade mark kontenzjuża u, b’konsegwenza, tibgħat il-każ lill-EUIPO għal evalwazzjoni ġdida tar-relazzjoni bejn il-prodotti tal-Klassi 25 tat-trade mark kontenzjuża u l-prodotti tal-Klassi 24 tat-trade mark preċedenti, billi tindika il-prinċipji tad-dritt li tagħhom l-EUIPO ser ikollu jikkonforma fl-aċċertament;

sussidjarjament, jew fejn tħoss opportun, filwaqt li tilqa’ dan ir-rikors, tbiddel id-deċiżjoni kkontestata u, konsegwentement, tikkonferma l-validità tat-trade mark kontenzjuża għal “oġġetti tal-ħwejjeġ” fil-Klassi 25, mingħajr preġudizzju fi kwalunkwe każ għal validità tal-prodotti l-oħra vindikati f’din il-klassi, mhux milquta minn dikjarazzjoni ta’ invalidità;

b’riferiment għal prodotti fil-Klassi 18: billi tilqa’ dan ir-rikors, tbiddel id-deċiżjoni kkontestata u, konsegwentement, tikkonferma l-validità tat-trade mark ikkontestata mill-prodotti li ġejjin: Klassi 18: Oġġetti f’dawn il-materjali mhux inklużi fi klassijiet oħrajn (ġilda u imitazzjonijiet tagħha); bagolli tal-ivvjaġġar; umbrelel; basktijiet tal-baħar; basktijiet tal-iskola, kartieri tad-dokumenti (oġġetti tal-ġilda); kontenituri tal-kards; portmonijiet magħmula minn katini mmaljati; basktijiet tal-id; barżakki ta’ fuq l-ispalla; portafolli; valiġġi; barżakki ta’ fuq id-dahar; (basktijiet għal-); basktijiet tax-xiri; basktijiet għall-affarijiet li jintużaw fil-ġinnasju (sport); kaxxetti tal-kożmetiċi, mhux mgħammra; basktijiet tax-xiri bir-roti;

fi kwalunkwe każ, b’kundanna fil-konfront tal-applikant li jsostni l-ispejjeż ta’ dan il-proċediment u tal-livelli preċedenti ta’ ġudizzju.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 60 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.