23.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/52 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2022 – Hilza vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-693/22)
(2023/C 24/71)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrent: Hilza – Pharmaceuticals, Sociedade Unipessoal, Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: S. Gemas Donário u S. Soares, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2020) 8550 final tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li, essenzjalment, huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-553/22 Thorn Investments vs Il-Kummissjoni.