23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/51


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2022 – Standbycom vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-687/22)

(2023/C 24/68)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Standbycom, Unipessoal, Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: S. Gemas Donário u S. Soares, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2020) 8550 final tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li, essenzjalment, huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-553/22 Thorn Investments vs Il-Kummissjoni.