9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/45


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2022 – Meta Platforms Ireland vs EDPB

(Kawża T-682/22)

(2023/C 7/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Meta Platforms Ireland Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: H.-G. Kamann, F. Louis, A. Vallery, avukati, P. Nolan, B. Johnston, C. Monaghan, D. Breatnach, Solicitors, D. McGrath, A. Fitzpatrick, I. McGrath, SC, u E. Egan McGrath, Barrister-at-Law)

Konvenut: Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla – fl-intier tagħha, jew sussidjarjament, fil-partijiet rilevanti tagħha – d-Deċiżjoni Vinkolanti 2/2022 tal-EDPB tat-28 ta’ Lulju 2022, li ddeterminat li Meta Ireland kisret ċerti rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament 2016/679 (GDPR); u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-EDPB mar lil hinn mill-kompetenza tiegħu taħt l-Artikolu 65 GDPR.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-EDPB kiser l-Artikolu 6(1)(f) GDPR billi interpreta u applika din id-dispożizzjoni b’mod żbaljat billi naqas milli jwettaq evalwazzjoni komparata, filwaqt li ma kkunsidrax l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-data u naqas milli jistabbilixxi interess leġittimu.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li l-EDPB kiser id-dritt għal amministrazzjoni tajba kif sanċit fl-Artikolu 41 tal-Karta billi injora d-dritt għal smigħ ta’ Meta Ireland u l-obbligi ta’ EDPB li jwettaq evalwazzjoni komprensiva, ekwa u impazjali u li jagħti raġunijiet adegwati.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-EDPB kiser l-Artikolu 83 GDPR u diversi prinċipji sottostanti li jirregolaw id-determinazzjoni ta’ multi taħt il-GDPR.