9.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 7/41 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2022 – López Ibor Aliño vs EUIPO – Dimensión Estratégica Quality Research (LOPEZ-IBOR ABOGADOS)
(Kawża T-672/22)
(2023/C 7/50)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Alfonso López-Ibor Aliño (Madrid, Spanja) (rappreżentant: A. Vela Ballesteros, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dimensión Estratégica Quality Research SL (Madrid)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea LOPEZ-IBOR ABOGADOS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 190 205
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Settembru 2022 fil-Każ R 500/2022-1
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara s-sospensjoni ta’ dawn il-proċeduri sakemm tingħata deċiżjoni definittiva fil-proċedimenti ta’ revoka kontra t-trade mark tal-Unjoni Ewropea 009566291 ESTUDIO JURÍDICO INTERNACIONAL LÓPEZ-IBOR MAYOR & ASOCIADOS, proċedimenti 000053919 C quddiem l-EUIPO; |
— |
tilqa’ r-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni kkontestata, billi tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea li għaliha saret applikazzjoni, u billi tikkundanna lill-parti l-oħra għall-ispejjeż; |
— |
tikkundanna għall-ispejjeż lill-EUIPO u lill-parti l-oħra, fil-każ li din tintervjeni f’dawn il-proċeduri. |
Motivi invokati
— |
evalwazzjoni indebita tal-prova tal-użu skont l-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
ksur tal-Artikolu 18(1)(b) u tal-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |