9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/40


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2022 – Calrose Rice vs EUIPO – Ricegrowers (Rappreżentazzjoni ta’ xemx bi kliem bl-għarbi))

(Kawża T-670/22)

(2023/C 7/49)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Calrose Rice EOOD (Sofia, l-Bulgarija) (rappreżentant: H. Raychev, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ricegrowers Ltd (Leeton, New South Wales, l-Awstralja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ xemx bi kliem bl-għarbi) – Trade mark tal-Unjoni Nru 18 186 653

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ R 272/2022-5 visually similar to a high

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż rispettivi tagħhom u għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti kemm f’dawn il-proċeduri kif ukoll fil-proċedimenti ta’ Appell quddiem il-Ħames Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Il-Bord tal-Appell kien żbaljat meta ddeċieda li hemm livell għoli ta’ xebh viżiv bejn is-sinjali pparagunati;

Il-Bord tal-Appell kien żbaljat meta ffoka d-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-paragun viżiv tas-sinjali esklużivament fuq il-kliem bil-lingwa Għarbija u r-rappreżentazzjonijiet stilizzati ta’ xemx li jinsabu fit-trade marks kunfliġġenti;

Il-Bord tal-Appell evalwa l-livell ta’ attenzjoni tal-pubbliku rilevanti b’mod kontradittorju fid-deċiżjoni kollha u għalhekk kiser l-obbligi tiegħu taħt l-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.