9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/40


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2022 – Mood Media Netherlands vs EUIPO – Tailoradio (VIDEO MOOD Digital Signage, made easy)

(Kawża T-664/22)

(2023/C 7/48)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mood Media Netherlands BV (Naarden, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A.-M. Pecoraro, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tailoradio Srl (Milan, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “VIDEO MOOD Digital Signage, made easy” bil-kuluri griż, blu u abjad – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 150 691

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ R 1852/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.