|
5.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 463/58 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2022 – Piaggio & C. vs EUIPO – e-bility (Scooter)
(Kawża T-646/22)
(2022/C 463/86)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Piaggio & C. SpA (Pontedera, l-Italja) (rappreżentanti: F. Jacobacci u B. La Tella, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: e-bility GmbH (Remagen, il-Germanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn Komunitarju (Scooter) – Disinn Komunitarju Nru 4363588-0001
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ R 1663/2020-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tiddikjara l-invalidità tad-disinn Komunitarju rreġistrat bin-Nru 4363588-0001 proprjetà tal-proprjetarju; |
|
— |
tordna li l-ispejjeż proċedurali relatati mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell jiġu sostnuti mill-konvenut u mill-proprjetarju; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-eventwali intervenjenti għall-ispejjeż kollha relatati ma din il-proċedura. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002; |
|
— |
Evalwazzjoni żbaljata u esklużjoni mingħajr motivazzjoni ta’ provi determinanti prodotti mir-rikorrenti; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002. |