5.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 463/58


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2022 – C. & S. vs EUIPO – Scuderia AlphaTauri (CS jeans your best fashion partner)

(Kawża T-645/22)

(2022/C 463/85)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: C. & S. Srl (Umbertide, l-Italja) (rappreżentant: E. Montelione, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Scuderia AlphaTauri SpA (Faenza, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “CS jeans your best fashion partner” – Trade mark tal-Unjoni Nru 9 387 986

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ R 182/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.