21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/29


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2022 – SB vs SEAE

(Kawża T-621/22)

(2022/C 441/40)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: SB (Oeiras, il-Portugall) (rappreżentanti: L. Burguin, T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata li r-responsabbiltà tas-SEAE tiġi stabbilita;

tikkundanna lis-SEAE għas-somma ta’ EUR 80 000 bħala dannu morali u għal EUR 720 000 bħala dannu materjali;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha kontra ż-żewġ deċiżjonijiet tal-10 ta’ Novembru 2021 li jiċħdu l-kandidatura tar-rikorrenti għall-pożizzjonijiet ta’ Kap ta’ Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea, l-ewwel, fil-[kunfidenzjali(1) u, it-tieni, fil-[kunfidenzjali], ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-eżistenza ta’ użu ħażin ta’ poter.


(1)  Data kunfidenzjali moħbija.