|
7.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 424/49 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2022 – Silgan Holdings et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-587/22)
(2022/C 424/62)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Silgan Holdings, Inc. (Stamford, Connecticut, l-Istati Uniti), Silgan Holdings Austria GmbH (Vjenna, l-Awstrija), Silgan International Holdings BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi), Silgan Metal Packaging Distribution GmbH (Meißen, il-Ġermanja), Silgan White Cap Manufacturing GmbH (Hannover, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Seeliger, H. Wollmann, R. Grafunder, Y.-K. Gürer u E. Venot, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata skont l-Artikolu 264 TFUE, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti; u |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż inkorsi mir-rikorrenti, skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. |
Motivi u argumenti prinċipali
Bir-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2022) 4761 final tat-12 ta’ Lulju 2022 rigward proċedura taħt l-Artikolu 101 TFUE (AT.40522 – Metal Packaging (oriġinarjament, “Pandora”)).
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ kompetenza tal-konvenuta minħabba ksur tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà. Il-konvenuta ma għandhiex kompetenza sabiex tmexxi l-proċedura kontra Silgan u sabiex tadotta d-deċiżjoni kkontestata. Fid-dawl tal-investigazzjoni estensiva u tal-fatt li l-proċedura nazzjonali kienet fi stat li tiġi deċiża, il-Bundeskartellamt kien f’pożizzjoni li jġib fi tmiemha l-proċedura ta’ investigazzjoni f’dan il-każ. Il-konvenuta ma kinitx f’pożizzjoni aħjar sabiex tmexxi l-proċedura. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter. Il-ftuħ tal-proċedura u l-adozzjoni tad-deċiżjoni mill-konvenuta kienu ggwidati minn kunsiderazzjonijiet li ma għandhomx x’jaqsmu mal-każ. Huma twettqu bl-għan li jiġu evitati d-dispożizzjonijiet dwar l-issanzjonar ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE previsti mid-dritt Ġermaniż u li tiġi rrimedjata allegata lakuna fid-dritt Ġermaniż fir-rigward tas-sanzjonijiet. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba previst fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-konvenuta kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u, għaldaqstant, id-dritt fundamentali tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 41 tal-Karta, peress li d-deċiżjoni kkontestata hija sproporzjonata, sa fejn hija tippreġudika l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti u tmur kontra l-prinċipju ta’ awtolimitazzjoni tal-amministrazzjoni. |