7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/43


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2022 – Pierre Balmain vs EUIPO – Story Time (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ ljun)

(Kawża T-564/22)

(2022/C 424/55)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Pierre Balmain (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J. Iglesias Monravá u S. Mainar Roger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Story Time sp. z o.o. (Poznań, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ ljun) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 515 099

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Ġunju 2022 fil-Każ R 96/2022-4

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lil kull opponent għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.