|
24.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 408/38 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Awwissu 2022 – PAN Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-536/22)
(2022/C 408/50)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: A. Bailleux, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni, validament ikkomunikata lir-rikorrent fit-18 ta’ Lulju 2022, li tiċħad it-talba għal eżami mill-ġdid intern tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2049 tal-24 ta’ Novembru 2021 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ċipermetrina bħala kandidat għas-sostituzzjoni, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (1); |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-pagament tal-ispejjeż tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ prekawzjoni u tal-obbligu tal-Unjoni li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, kif jirriżulta mill-Artikoli 9 u 11, l-Artikolu 168(1) u l-Artikolu 191(1) TFUE u l-Artikoli 35 u 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.