3.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 380/26


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2022 – Vitromed vs EUIPO – Vitromed Healthcare (VITROMED Germany)

(Kawża T-514/22)

(2022/C 380/32)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Vitromed GmbH (Jena, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Linß, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vitromed Healthcare (Jaipur, l-Indja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “VITROMED Germany” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 209 244

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2022 fil-Każ R 1670/2021-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-parti l-oħra għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.