3.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 380/25


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2022 – Sastela vs EUIPO – Zenergo (Tante Mitzi Caffè CAFFÈ – STRUDEL – BARETTO)

(Kawża T-510/22)

(2022/C 380/31)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sastela, proizvodnja peciva in tort, d.o.o. (Ljutomer, is-Slovenja) (rappreżentant: U. Pogačnik, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zenergo d.o.o. (Zgornja Polskava, is-Slovenja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “Tante Mitzi Caffè CAFFÈ – STRUDEL – BARETTO” – Trade mark tal-Unjoni Nru 11 425 394

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Ġunju 2022 fil-Każ R 1413/2021-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ r-rikors f’dan il-każ, tirriforma d-deċiżjoni kkontestata sabiex tilqa’ l-appell tagħha quddiem il-Bord tal-Appell u tirriforma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni sabiex tiġi annullata r-revoka tat-trade mark ikkontestata;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat il-kawża lura lill-EUIPO għal iktar deliberazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.