3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/23 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2022 – UGA Nutraceuticals vs EUIPO – BASF (OMEGOR VITALITY)
(Kawża T-496/22)
(2022/C 380/28)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: UGA Nutraceuticals Srl (Gubbio, l-Italja) (rappreżentanti: M. Riva, J. Graffer u A. Ottolini, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: BASF AS (Oslo, in-Norveġja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea OMEGOR VITALITY – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 082 021
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Ġunju 2022 fil-Każ R 1200/2021-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-partijiet avversarji għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |