19.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 359/91 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2022 – BEI vs Is-Sirja
(Kawża T-469/22)
(2022/C 359/111)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: D. Arts u E. Paredis, avukati, T. Gilliams, R. Stuart u F. de Borja Oxangoiti Briones, aġenti)
Konvenut: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha timponi fuq ir-Repubblika Għarbija Sirjana:
— |
il-ħlas tas-somom kollha dovuti skont l-Artikoli 3.01, 3.02 u 4.01 tal-Electricity Distribution Project Loan Agreement (il-Ftehim ta’ Self għall-Proġett ta’ Distribuzzjoni ta’ Elettriku) bin-Nru 20948 (iktar ’il quddiem il-“Ftehim ta’ Self”) mid-9 ta’ Awwissu 2017 flimkien mad-dritt tiegħu ta’ surroga li jinkludi:
|
— |
il-ħlas tas-somom kollha relatati ma’ dawn il-proċeduri skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed.
L-ewwel u l-uniku motiv ibbażat fuq li r-Repubblika Għarbija Sirjana kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha taħt l-Artikoli 3.01 u 4.01 tal-Ftehim ta’ Self li tagħmel il-ħlas tal-pagamenti ulterjuri taħt il-Ftehim ta’ Self hekk kif kienu dovuti, mid-9 ta’ Awwissu 2017 u taħt l-Artikolu 3.02 tal-Ftehim ta’ Self sabiex isir ħlas ta’ interessi moratorji fuq kull wieħed mill-pagamenti dovuti u mhux imħallsa, li jakkumula bir-rata annwali fih. Konsegwentement, ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kuntrattwalment obbligata li tħallas l-ammonti kollha dovuti taħt l-Artikoli 3.01, 3.02 u 4.01 tal-Ftehim ta’ Self lir-rikorrent (issurrogat għall-pretensjonijiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment).