10.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/12


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2022 – Sberbank Europe vs SRB

(Kawża T-450/22)

(2022/C 389/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sberbank Europe AG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: O. Behrends, avukat)

Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara nulla skont l-Artikolu 264 TFUE d-Deċiżjoni ta’ Nuqqas ta’ Riżoluzzjoni tas-SRB iddatata l-1 ta’ Marzu 2022 fil-konfront tar-rikorrent;

tikkundanna lis-SRB għall-ispejjeż tar-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li s-SRB eċċeda l-kompetenzi tiegħu billi adotta deċiżjoni fil-konfront tar-rikorrent minflok ma sempliċement astjena milli jieħu xi azzjoni konformement mal-konstatazzjonijiet tiegħu li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament dwar il-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (1) (iktar ’il quddiem ir-“RMUR”) ma kinux issodisfatti.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li s-SRB naqas milli jagħti lir-rikorrent dritt għal smigħ.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li s-SRB ma pprovdiex motivazzjoni suffiċjenti.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li s-SRB naqas milli jqis b’mod xieraq ir-rekwiżiti skont l-Artikolu 18(1)(b) tar-RMUR.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li s-SRB u l-BĊE naqsu milli jqisu s-sospensjoni tar-responsabbiltà tar-rikorrent.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li s-SRB kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità billi naqas milli jqis numru ta’ alternattivi ovvji u inqas onerużi, inkluż it-trasferiment tar-rikorrent lil soċju ieħor.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li s-SRB naqas milli jsegwi pjan ta’ riżoluzzjoni mingħajr ma pprovda ebda spjegazzjoni plawżibbli għal dan.


(1)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).