5.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 340/53


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2022 – International British Education XXI vs EUIPO – Saint George’s School (IBE ST. GEORGE'S)

(Kawża T-438/22)

(2022/C 340/72)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: International British Education XXI SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, abogado)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Saint George’s School SL (Fornells De La Selva, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “IBE ST. GEORGE’S” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 020 505

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Mejju 2022 fil-Każ R 2226/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tawtorizza l-applikazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 020 505 “IBE ST. GEORGE’S” għall-prodotti u għas-servizzi kollha li għalihom saret l-applikazzjoni;

tikkundanna lill-intervenjenti u lill-konvenut, jekk applikabbli, għall-ispejjeż sostnuti fil-proċeduri kollha quddiem l-EUIPO u l-Qorti tal-Ġustizzja.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.