|
29.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 326/25 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2022 – Laboratorios Ern vs EUIPO – Arrowhead Pharmaceuticals (TRiM)
(Kawża T-428/22)
(2022/C 326/34)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Laboratorios Ern, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: S. Correa Rodríguez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Arrowhead Pharmaceuticals, Inc. (Pasadena, California, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark verbali “TRiM” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 411 062 li tindika l-Unjoni
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ April 2022 fil-Każ R 1158/2021-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad ir-reġistrazzjoni li tindika lill-Unjoni Ewropea tat-trade mark internazzjonali Nru 1 411 062 TRiM għall-prodotti u għas-servizzi kollha; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut u, jekk tiddeċiedi li tintervjeni f’din il-kawża, lil Arrowhead Pharmaceuticals, Inc., għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |