16.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/18


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2022 – Diesel vs EUIPO – Lidl Stiftung (Joggjeans)

(Kawża T-379/22)

(2022/C 311/21)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Diesel SpA (Breganze, l-Italja) (rappreżentanti: F. Celluprica, F. Fischetti u F. De Bono, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Joggjeans” –Trade mark tal-Unjoni Nru 18 187 200

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ April 2022 fil-Każ R 1074/2021-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ r-rikors fl-intier tiegħu ppreżentat minn Diesel SpA u tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-parti intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż relatati mal-istadji preċedenti tal-proċedura.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 60(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, moqri flimkien mal-Artikolu 8(4) ta’ dan ir-regolament.