1.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/34


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2022 – Deutsche Bank vs EUIPO – Operación y Auditoria (avanza Tu negocio)

(Kawża T-341/22)

(2022/C 294/49)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Deutsche Bank, SA Española (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: I. Valdelomar Serrano, J. Rodriguez Fuensalida, P. Ramells Higueras u A. Figuerola Moure, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Operación y Auditoria, SA de CV, SOFOM, ENR (il-Belt tal-Messiku, il-Messiku)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea avanza Tu negocio – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 208 813

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Marzu 2022 fil-Każ R 1808/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fid-deċiżjoni kkontestata;

taqta’ l-kawża billi tiċħad il-protezzjoni għas-servizzi kollha mitluba fl-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 208 813 avanza Tu negocio (figurattiva) fil-klassi 36; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż ta’ rappreżentanza sostnuti mir-rikorrenti relatati ma’ din il-proċedura.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.