|
25.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 284/55 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2022 – Chocolates Lacasa Internacional vs EUIPO – Esquitino Madrid (Conguitos)
(Kawża T-339/22)
(2022/C 284/76)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Chocolates Lacasa Internacional, SA (Utebo, Spanja) (rappreżentanti: J.-B. Devaureix u J. Vicente Martínez, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mariano Esquitino Madrid (Elche, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “Conguitos” – Trade mark tal-Unjoni Nru 10 546 836
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2022 fil-Każ R 601/2021-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla u tirrendi bla effett id-deċiżjoni kkontestata, filwaqt li tilqa’ t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità totali tat-trade mark tal-Unjoni Nru 10 546 836 Conguitos (figurattiva), għall-klassijiet 3, 14 u 18; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut quddiem il-Bord tal-Appell u lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 53(1)(a), flimkien mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 53(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |