|
8.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 303/51 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2022 – TotalEnergies Marketing Nederland vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-332/22)
(2022/C 303/66)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: TotalEnergies Marketing Nederland NV (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: C. van Heezik, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Marzu 2022 fil-każijiet GESTDEM 2021/4203, 2021/4204, 2021/4205, 2021/4206 u 2021/4207 u tordna li d-dokumenti kkonċernati jiġu ppubblikati; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrenti l-ispejjeż ta’ din il-proċedura, inklużi l-ispejjeż tal-għajnuna legali sostnuti minnha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni b’mod żbaljat u billi wettqet żball ta’ liġi naqset milli tipprovdi inventarju u ma tatx raġuni għalfejn ma pprovdiet l-ebda inventarju. Rifjut komplet li jiġi pprovdut l-inventarju huwa sproporzjonat u ma huwiex f’rabta mal-għan segwit. B’mod speċifiku, ma huwiex ċar kif il-produzzjoni tal-inventarju mitlub tippreġudika l-interessi kummerċjali u l-investigazzjonijiet fis-sens tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni b’mod żbaljat u billi wettqet żball ta’ liġi daħħlet taħt il-portata tal-preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità d-data GESTDEM 2021/4203 u GESTDEM 2021/4204. Ir-rikorrenti ma tarax kif eventwali komunikazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-awtorità tal-kompetizzjoni Olandiża għandha tagħmel parti mill-fajl amministrattiv. Dokumenti li ma jagħmlux parti minn dan il-fajl ma għandhomx sempliċement jiddaħħlu fil-portata ta’ din il-preżunzjoni. |