9.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 7/32 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2022 – Canalones Castilla vs EUIPO – Canalones Novokanal (Kanali għall-ġbir tal-ilma; kondjuwits)
(Kawża T-329/22)
(2023/C 7/41)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Canalones Castilla, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: F. J. Serrano Irurzun, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Canalones Novokanal, SL (Madrid, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn Komunitarju (Kanali għall-ġbir tal-ilma; kondjuwits) – Disinn Komunitarju Nru 363 486-0001
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ April 2022 fil-Każ R 1122/2021-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
fil-każ li t-talbiet ta’ din il-parti jiġu miċħuda fit-totalità tagħhom, meta tiddeċiedi dwar l-ispejjeż fid-deċiżjoni li ttemm il-proċeduri, tiddeċiedi li l-partijiet l-oħra għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
Motivi invokati
— |
L-iżvelar minn qabel tad-disinn ippreżentat mill-applikant għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ma ġiex stabbilit b’mod suffiċjenti. |
— |
Sussidjarjament, id-disinn ippreżentat mill-applikant għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bħala disinn preċedenti ma jipproduċix l-istess impressjoni globali bħad-disinn inkwistjoni. |
— |
Sussidjarjament, l-iżvelar kien frawdolenti minħabba li kien abbużiv fir-rigward tad-drittijiet tal-awtur. |