4.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 257/45


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2022 – Groz-Beckert vs EUIPO (Marka ta’ pożizzjoni li tikkonsisti fil-kuluri aħmar u abjad fuq imballaġġ f’forma ta’ kubu)

(Kawża T-277/22)

(2022/C 257/58)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Groz-Beckert KG (Albstadt, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Nielen u U. Kaufmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-marka ta’ pożizzjoni li tikkonsisti fil-kuluri aħmar u abjad fuq imballaġġ f’forma ta’ kubu – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 243 038

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Marzu 2022 fil-Każ R 1444/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.