27.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/47


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2022 – Suicha vs EUIPO – Michael Kors (Switzerland) International (MK MARKTOMI MARKTOMI)

(Kawża T-264/22)

(2022/C 244/64)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Lin Suicha (Zhejiang, iċ-Ċina) (rappreżentant: J. Donoso Romero, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Michael Kors (Switzerland) International GmbH (Manno, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Trade mark figurattivi tal-Unjoni Ewropea MK MARKTOMI MARKTOMI –Trade mark tal-Unjoni Nru 17 946 599

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Marzu 2022 fil-Każ R 1899/2021-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;

tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.