20.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 237/69


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2022 – Growth Finance Plus vs EUIPO (doglover)

(Kawża T-231/22)

(2022/C 237/89)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Growth Finance Plus AG (Gommiswald, l-Isvizzera) (rappreżentant: H. Twelmeier, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea doglover – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 107 487

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Frar 2022 fil-Każ R 720/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.