20.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 237/63


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2022 – Lifestyle Equities vs EUIPO – Greenwich Polo Club (GREENWICH POLO CLUB)

(Kawża T-217/22)

(2022/C 237/82)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Lifestyle Equities CV (Amstelveen, il-Pajjiżi Baxxi) (rappreżentant: S. Terpstra, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Greenwich Polo Club, Inc. (Greenwich, Connecticut, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “GREENWICH POLO CLUB” – Trade mark tal-Unjoni Nru 2 919 256

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Frar 2022 fil-Każ R 1063/2021-4

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;