23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/53


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2022 – Novartis vs EUIPO – AstraZeneca (BREZTRI)

(Kawża T-175/22)

(2022/C 207/70)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: A. Nordemann-Schiffel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: AstraZeneca AB (Södertälje, l-Isvezja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “BREZTRI” – Trade mark tal-Unjoni Nru 17 816 687

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Jannar 2022 fil-Każ R 737/2021-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 27(3)(b) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1430;

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.