|
23.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 207/52 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2022 – Gönenç vs EUIPO – Solar (termorad “ALUMINIUM PANEL RADIATOR”)
(Kawża T-172/22)
(2022/C 207/68)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Salim Selahaddin Gönenç (Konya, it-Turkija) (rappreżentant: V. Martín Santos, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Solar A/S (Vejen, id-Danimarka)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva termorad “ALUMINIUM PANEL RADIATOR” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 027 358
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Jannar 2022 fil-Każ R R 770/2021-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sabiex it-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 027 358 tingħata fl-intier tagħha; |
|
— |
tikkundanna lill-intervenjenti u/jew lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’rabta ma’ dan ir-rikors u l-ispejjeż proċedurali kollha kkawżati mid-deċiżjonijiet tal-EUIPO. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |