|
16.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 198/64 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2022 – Saure vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-165/22)
(2022/C 198/92)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Hans-Wilhelm Saure (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Partsch, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Frar 2022 li tirrifjuta it-talba tar-rikorrent għal aċċess għad-dokumenti tal-Kummissjoni, billi tipproduċi kopji tal-komunikazzjoni kollha tal-Kummissjoni mal-kumpannija AstraZeneca plc jew mas-sussidjarji tagħha, mal-Kanċellerija Federali tal-Ġermanja jew mal-Ministeru Federali għas-Saħħa rigward il-kumpannija Astra Zeneca plc jew is-sussidjarji tagħha mill-1 ta’ April 2020 u b’mod partikolari fir-rigward tal-kwantità ta’ vaċċini Covid-19 offruti minn AstraZeneca plc u d-data tal-kunsinna tagħhom, |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li r-rikorrent għandu d-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti kontenzjużi tal-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1). Ir-rifjut tal-Kummissjoni jikser dik id-dispożizzjoni. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-dritt ta’ aċċess tar-rikorrent ma huwiex prekluż minn ebda raġuni għal esklużjoni skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. Din ir-raġuni għal esklużjoni hija limitata ratione temporis u tapplika biss għal proċeduri legali u konsultazzjonijiet pendenti. Il-proċeduri pendenti fil-Belġju kontra AstraZeneca bin-numru 2021/48/C jikkonċernaw fatti li huma kompletament differenti u li kienu diġà ġew deċiżi permezz tas-sentenza tat-18 ta’ Ġunju 2021. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-dritt ta’ aċċess tar-rikorrent ma huwiex prekluż mir-raġuni għall-esklużjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. L-interess pubbliku fl-iżvelar tad-data personali jipprevali. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-dritt ta’ aċċess tar-rikorrent ma huwiex prekluż mir-raġuni għall-esklużjoni prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. L-informazzjoni mitluba ma fiha l-ebda sigriet kummerċjali fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2016/943 (2), peress li hija magħrufa u ma hemm ebda miżuri ta’ kunfidenzjalità xierqa. |
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
(2) Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta‘ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta’ konoxxenza u ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU 2016, L 157, p. 1).