23.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 207/45 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2022 – Dehaen vs EUIPO – National Geographic Society (NATIONAL GEOGRAPHIC)
(Kawża T-157/22)
(2022/C 207/60)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Karolien Dehaen (Schilde, il-Belġju) (rappreżentanti: T. van Innis u A. Van der Planken, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: National Geographic Society (Washington, District of Columbia, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea NATIONAL GEOGRAPHIC – trade mark tal-Unjoni Nru 2 148 799
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Diċembru 2021 fil-Każ R 972/2020-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |