16.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 198/59


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2022 – Lilly Drogerie vs EUIPO – Lillydoo (LILLYDOO kids)

(Kawża T-150/22)

(2022/C 198/84)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Lilly Drogerie d.o.o. Belgrade (Stari Grad) (Belgrad, is-Serbja) (rappreżentant: E. Bojinova-Miller, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lillydoo GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea “LILLYDOO kids” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 495 352 li tindika l-Unjoni

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2022 fil-Każijiet R 903/2021-2 u R 1298/2021-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent fil-kuntest ta’ dan ir-rikors.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.