16.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 198/53


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2022 – Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-137/22)

(2022/C 198/77)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman u J. Langer, aġenti)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Jannar 2022 bir-referenza Ares (2022) 99942, li tiċħad it-talba tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għal estensjoni b’erba’ snin tat-terminu ta’ tmien snin previst għall-irkupru tas-somom imħallsa indebitament fil-kawża FresQ;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq il-premessa żbaljata li l-proċedura ta’ rkupru fil-kawża FresQ għadha ma ġietx ikkompletata.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament Nru 1306/2013, sa fejn hija ppreżumiet li l-Pajjiżi l-Baxxi kienu responsabbli għall-fatt li nqabeż it-terminu ta’ tmien snin għall-irkupru tas-somom imħallsa indebitament fil-kawża FresQ.