|
25.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/44 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2022 – Biologische Heilmittel Heel vs EUIPO – Esi (TRAUMGEL)
(Kawża T-130/22)
(2022/C 171/61)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Biologische Heilmittel Heel GmbH (Baden-Baden, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Künzel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Esi Srl (Albisola Superiore, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva “TRAUMGEL” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 289 712
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Diċembru 2021 fil-Każ R 813/2021-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla l-ordni Nru 3 tad-deċiżjoni kkontestata tar-Raba’ Bord tal-Appell – R 813/2021-4 tal-20 ta’ Diċembru 2021; |
|
— |
tannulla l-ordni Nru 1 tad-deċiżjoni kkontestata tar-Raba’ Bord tal-Appell – R 813/2021-4 tal-20 ta’ Diċembru 2021; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tas-6 ta’ April 2021 minbarra l-oġġetti fl-ordni Nru 1 sa fejn l-oppożizzjoni ġiet miċħuda għall-oġġetti fil-Klassi 3; |
|
— |
tikkundanna lill-parti l-oħra għall-proċedimenti quddiem il-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |