|
10.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 191/30 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2022 – Sopra Steria Benelux u Unisys Belgium vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-108/22)
(2022/C 191/39)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Sopra Steria Benelux (Ixelles, il-Belġju), Unisys Belgium (Machelen, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Masson u G. Tilman, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ kuntratt pubbliku ppubblikat taħt ir-referenza TAXUD/2019/OP/0006 u intitolat “CCN-Evolution: Specification, development, maintenance and 3rd level support of TAXUD IT platforms – Lot A: Evolution services for the CCN/CSI Platform” u kkomunikata fl-20 ta’ Diċembru 2021, li permezz tagħha l-Kummissjoni tikkonferma li hija qiegħda tiċħad l-offerta tal-konsorzju kompost mir-rikorrenti u li hija qiegħda tagħti l-kuntratt lil konsorzju kompetitur; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha tal-proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nullità tad-deċiżjoni tal-20 ta’ Diċembru 2021. Ir-rikorrenti jargumentaw, f’dan ir-rigward, li d-deċiżjoni kkontestata għandha titqies bħala deċiżjoni purament konfermattiva ta’ deċiżjoni preċedenti preċedentement annullata mill-Qorti Ġenerali. |
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni, il-ksur tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, il-ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, u b’mod partikolari il-prinċipju ta’ patere legem quam ipse fecisti, u tad-dmir ta’ reqqa. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni kisret l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt tagħha stess meta mmotivat in-normalità tal-prezz tal-offerent rebbieħ b’sub-appalt ta’ 60 % tas-servizzi mwettqa fir-Rumanija u fil-Greċja. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-bidu tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt mill-offerent rebbieħ, li huwa f’kontradizzjoni mal-motivazzjoni adottata fid-deċiżjoni konfermattiva. |