4.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/47


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2022 – Ciar vs EUIPO – Motion (Dispożittiv ta’ movimentazzjoni)

(Kawża T-100/22)

(2022/C 148/63)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Ciar SpA (Pesaro, l-Italja) (rappreżentanti: L. Goglia, S. Lavagnini, B. Villa, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Motion SpA (Forlì, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni (Dispożittiv ta’ movimentazzjoni) – Disinn tal-Unjoni Nru 002 237 495-0009

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Diċembru 2021 fil-Każ R 50/2017-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, konsegwentement, tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ Kanċellazzjoni jew, f’kull każ, tiddikjara t-trade mark ikkontestata bħala invalida;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 63(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;