|
10.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 191/28 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2022 – Sberbank Europe vs BĊE
(Kawża T-99/22)
(2022/C 191/37)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Sberbank Europe AG (Vienna, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Fellner, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tal-21 ta’ Diċembru 2021 mogħtija kontra Sberbank (Nru ECB-SSM-2021-ATSBE-12, ESA-2020-00000051) mingħajr ma ġiet sostitwita skont l-Artikoli 263 u 264 TFUE; u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri għal annullament. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrenti jinvoka erbatax-il motiv.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-impożizzjoni mill-BĊE ta’ interessi ta’ rkupru hija sanzjoni doppja inammissibbli skont l-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) u l-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-“KEDB”). |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni tal-BĊE tal-21 ta’ Diċembru 2021 tikser l-Artikolu 49 tal-Karta u l-Artikolu 7 tal-KEDB billi timponi sanzjoni li teċċedi l-ammonti limiti stabbiliti fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 (1). |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni tal-BĊE li timponi interessi ta’ rkupru fuq Sberbank tikser l-Artikolu 17 tal-Karta u l-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali tal-KEDB. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet fundamentali u tal-libertajiet fundamentali taħt l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Il-prinċipju ta’ res judicata jipprojbixxi lill-BĊE milli jimponi interessi ta’ rkupru fuq Sberbank għall-qbiż tal-limiti tal-espożizzjoni kbira skont l-Artikolu 395 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (2). |
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ bona fide, peress li l-BĊE kiser il-Gwida għall-metodu tal-iffissar ta’ sanzjonijiet amministrattivi pekunjarji skont l-Artikolu 18(1) u (7) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013. |
|
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq li l-konvenut kiser l-Artikolu 6 tal-KEDB. |
|
7. |
Is-seba’ motiv ibbażat fuq li l-konvenut kiser l-ammont tal-limiti għas-sanzjonijiet skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013. |
|
8. |
It-tmien motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità skont l-Artikolu 99(e) tal-Liġi Bankarja Awstrijaka (iktar ’il quddiem il-“BWG”). |
|
9. |
Id-disa’ motiv ibbażat fuq li l-Artikolu 97 tal-BWG ma huwiex applikabbli jekk ma jkun akkwistat ebda vantaġġ jew jekk ma jiġi evitat ebda telf. |
|
10. |
L-għaxar motiv ibbażat fuq li l-kapaċità tal-BĊE li timponi interessi ta’ rkupru hija preskritta skont l-Artikolu 130 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (3) u l-Artikolu 22 tal-Liġi Awstrijaka dwar l-awtorità ta’ superviżjoni tas-swieq finanzjarji (iktar ’il quddiem il-“KMSA”). |
|
11. |
Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq li l-Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistipula biss limitu wieħed ta’ espożizzjoni kbira, li huwa għalfejn l-Artikolu 97(1) Nru 2 BWG jissanzjona biss darba il-qbiż ta’ dan il-limitu. |
|
12. |
It-tnax-il motiv ibbażat fuq li Sberbank ma qabiżx intenzjonalment il-limitu ta’ espożizzjoni kbira. |
|
13. |
It-tlettax-il motiv ibbażat fuq li Sberbank ma kisbet ebda vantaġġ jew ma evitat ebda telf li għandu jiġi rkuprat. |
|
14. |
L-erbatax-il motiv ibbażat fuq li billi ma tax l-eżenzjoni taħt l-Artikolu 396(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 il-BĊE uża b’mod ħażin id-diskrezzjoni tiegħu. |
(1) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63).
(2) Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU 2013, L 176, p. 1).
(3) Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (ĠU 2014, L 141, p. 1).