4.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/44


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2022 – Kanyama vs Il-Kunsill

(Kawża T-95/22)

(2022/C 148/59)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Célestin Kanyama (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2181 tad-9 ta’ Diċembru 2021 (1) sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-numru 4 tal-Anness ta’ din id-deċiżjoni;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2177 tad-9 ta’ Diċembru 2021 (2) sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-numru 4 tal-Anness I ta’ dan ir-regolament;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-90/22, Kande Mupompa vs Il-Kunsill.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2181 tad-9 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2021, L 443, p. 75).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2177 tad-9 ta’ Diċembru 2021 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2021, L 443, p. 3).