4.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/41


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2022 – Kande Mupompa vs Il-Kunsill

(Kawża T-90/22)

(2022/C 148/54)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Alex Kande Mupompa (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2181 tad-9 ta’ Diċembru 2021 (1), inkwantu żżomm lir-rikorrent fin-Nru 7 tal-anness ta’ din id-deċiżjoni;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2177 tad-9 ta’ Diċembru 2021 (2) inkwantu jżomm lir-rikorrent fin-Nru 7 tal-Anness I ta’ dan ir-regolament;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża. F’dan ir-rigward, ir-rikorrent iressaq diversi lmenti fir-rigward tal-ksur tad-drittijiet tiegħu matul il-proċeduri li wasslu għall-adozzjoni u għat-tiġdid, mill-Kunsill, tal-miżuri restrittivi fil-konfront tiegħu u, b’mod partikolari, il-ksur tad-dritt għal smigħ tiegħu f’kundizzjonijiet aċċettabbli.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni li allegatament wettaq il-Kunsill fir-rigward tal-involviment tar-rikorrent f’atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Ir-rikorrent jikkritika l-kuntest tal-eżami mill-ġdid li twettaq qabel it-tiġdid ikkontestat tal-miżuri restrittivi u jikkontesta kull involviment attwali fil-fatti li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni li jiġi inkluż fil-lista tal-persuni suġġetti għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2181 tad-9 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2021, L 443, p. 75).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2177 tad-9 ta' Diċembru 2021 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2021, L 443, p. 3).