4.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/37


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2022 – Euranimi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-81/22)

(2022/C 148/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: European Association of Non-Integrated Metal Importers & distributors (Euranimi) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Campa, D. Rovetta, P. Gjørtler u V. Villante, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2012 tas-17 ta’ Novembru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju anti-dumping provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli llaminati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja (1), kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fit-18 ta’ Novembru 2021, dwar il-miżuri adottati fil-kuntest tal-proċedura antidumping AD670;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż legali tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), fir-rigward tal-evalwazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036, fir-rigward tal-evalwazzjoni tad-dannu u tar-rabta kawżali kemm għall-prodotti li ġejjin mill-Indja kif ukoll mill-Indoneżja, kif ukoll fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq evalwazzjoni żbaljata tal-interess tal-Unjoni li jiġġustifika l-impożizzjoni ta’ dazji antidumping.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2012 tas-17 ta’ Novembru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju anti-dumping provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli llaminati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja (ĠU 2021, L 410, p. 153).

(2)  Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, L 176, p. 21).