|
28.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/28 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2022 – Guma Holdings vs EUIPO – X-Trade Brokers Dom Maklerski (XTRADE)
(Kawża T-67/22)
(2022/C 138/33)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Guma Holdings LTD (Limassol, Ċipru) (rappreżentanti: M. Oleksyn u M. Stępkowski, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: X-Trade Brokers Dom Maklerski S.A. (Varsavja, il-Polonja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “XTRADE” fil-kuluri griż skur, griż ċar, blu, sfumaturi ta’ blu – Trade mark tal-Unjoni Nru 13 061 387
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Novembru 2021 fil-Każ R 981/2020-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tibdel id-deċiżjoni kkontestata u tiċħad l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità fl-intier tagħha; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti intervenjenti għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-EUIPO. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill flimkien mal-Artikolu 27(4) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2018/625; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill flimkien mal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (1); |
|
— |
Ksur tal-Artikoli 8(4) u 60(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill flimkien mal-Artikoli 16(1)(b) u 7(2)(d) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2018/625. |